Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0280

Kawża C-280/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – ZN vs Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru – Artikolu 5(1) – Ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru – Kuntratt konkluż ma’ rappreżentanza konsulari ta’ dan l-Istat Membru fi Stat Membru ieħor – Funzjonijiet tal-ħaddiem – Assenza ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – ZN vs Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

(Kawża C-280/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru - Artikolu 5(1) - Ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru - Kuntratt konkluż ma’ rappreżentanza konsulari ta’ dan l-Istat Membru fi Stat Membru ieħor - Funzjonijiet tal-ħaddiem - Assenza ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika)

(2021/C 289/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZN

Konvenut: Generalno konsulstvo na Republika Bulgaria v grad Valensia, Kralstvo Ispania

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, ikkunsidrat flimkien mal-premessa 3 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ tilwima bejn ħaddiem ta’ Stat Membru li ma jeżerċitax funzjonijiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u awtorità konsulari ta’ dan l-Istat Membru li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


Top