Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0244

    Kawża C-244/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – F.C.I. vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 3(2) – Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Benefiċċji tas-superstiti – Pensjoni tar-romol ibbażata fuq relazzjoni ta’ konkubinaġġ – Klawżola ta’ esklużjoni – Validità – Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess – Benefiċċju li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7 – Inammissibbiltà – Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nondiskriminazzjoni minħabba s-sess – Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-proprjetà – Sitwazzjoni ġuridika li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

    ĠU C 502, 13.12.2021, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 502/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – F.C.I. vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

    (Kawża C-244/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 3(2) - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Benefiċċji tas-superstiti - Pensjoni tar-romol ibbażata fuq relazzjoni ta’ konkubinaġġ - Klawżola ta’ esklużjoni - Validità - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Benefiċċju li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7 - Inammissibbiltà - Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nondiskriminazzjoni minħabba s-sess - Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għall-proprjetà - Sitwazzjoni ġuridika li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

    (2021/C 502/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: F.C.I.

    Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

    Dispożittiv

    1)

    L-ewwel domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cataluña, Spanja) hija inammissibbli.

    2)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-tieni sar-raba’ domanda preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cataluña).


    (1)  ĠU C 320, 28.9.2020.


    Top