Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0210

    Kawża C-210/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Rad Service Srl Unipersonale, Cosmo Ambiente Srl, Cosmo Scavi Srl vs Del Debbio SpA, Gruppo Sei Srl, Ciclat Val di Cecina Soc. Coop., Daf Costruzioni Stradali Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 2014/24/UE – Tmexxija tal-proċedura – L-għażla ta’ parteċipanti u l-għoti ta’ kuntratti – Artikolu 63 – Offerent li jirrikorri għall-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti – Artikolu 57(4), (6) u (7) – Dikjarazzjonijiet qarrieqa ppreżentati minn din l-entità – Esklużjoni tal-imsemmi offerent mingħajr ma ġie rikjest jew awtorizzat jissostitwixxi l-imsemmija entità – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Rad Service Srl Unipersonale, Cosmo Ambiente Srl, Cosmo Scavi Srl vs Del Debbio SpA, Gruppo Sei Srl, Ciclat Val di Cecina Soc. Coop., Daf Costruzioni Stradali Srl

    (Kawża C-210/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 2014/24/UE - Tmexxija tal-proċedura - L-għażla ta’ parteċipanti u l-għoti ta’ kuntratti - Artikolu 63 - Offerent li jirrikorri għall-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti - Artikolu 57(4), (6) u (7) - Dikjarazzjonijiet qarrieqa ppreżentati minn din l-entità - Esklużjoni tal-imsemmi offerent mingħajr ma ġie rikjest jew awtorizzat jissostitwixxi l-imsemmija entità - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    (2021/C 289/21)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rad Service Srl Unipersonale, Cosmo Ambiente Srl, Cosmo Scavi Srl

    Konvenuti: Del Debbio SpA, Gruppo Sei Srl, Ciclat Val di Cecina Soc. Coop., Daf Costruzioni Stradali Srl

    fil-preżenza ta’: Azienda Unità Sanitaria Locale USL Toscana Centro

    Dispożittiv

    L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 57(4)(h) ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-awtorità kontraenti għandha awtomatikament teskludi offerent minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku meta impriża awżiljarja, li għall-kapaċitajiet tagħha jkollu l-intenzjoni li jirrikorri, tkun ipprovdiet dikjarazzjoni qarrieqa fir-rigward tal-eżistenza ta’ kundanni kriminali li kisbu l-awtorità ta’ res judicata, mingħajr ma tkun tista’ teżiġi jew, tal-inqas, tippermetti, f’każ bħal dan, li dan l-offerent jissostitwixxi l-imsemmija entità.


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2020


    Top