Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0029

Kawża C-29/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln – il-Ġermanja) – Biofa AG vs Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Artikolu 3(1)(a) u (c) – Kunċetti ta’ “prodott bijoċidali” u ta’ “sustanza attiva” – Kundizzjonijiet – Mod ta’ azzjoni minbarra sempliċi azzjoni fiżika jew mekkanika – Artikolu 9(1)(a) – Approvazzjoni ta’ sustanza attiva – Portata tal-approvazzjoni)

ĠU C 502, 13.12.2021, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 502/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln – il-Ġermanja) – Biofa AG vs Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

(Kawża C-29/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 3(1)(a) u (c) - Kunċetti ta’ “prodott bijoċidali” u ta’ “sustanza attiva” - Kundizzjonijiet - Mod ta’ azzjoni minbarra sempliċi azzjoni fiżika jew mekkanika - Artikolu 9(1)(a) - Approvazzjoni ta’ sustanza attiva - Portata tal-approvazzjoni)

(2021/C 502/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Biofa AG

Konvenut: Sikma D. Vertrieb GmbH und Co. KG

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(c) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, intiż li jeqred, li jimpedixxi jew li jrendi mhux dannuż l-organiżmi ta’ ħsara, li fih sustanza attiva approvata bis-saħħa ta’ regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 9(1)(a) tal-imsemmi regolament, ma jaqax, sempliċement minħabba din l-approvazzjoni, taħt dan il-kunċett ta’ “prodott bijoċidali” fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a), fejn għalhekk hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tivverifika jekk dan il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ffissati minn din l-aħħar dispożizzjoni biex ikun jista’ jaqa’ taħt dan il-kunċett. Madankollu, fil-każ fejn il-kompożizzjoni tal-imsemmi prodott hija identika għal dik tal-prodott bijoċidali ppreżentat bħala rappreżentattiv waqt l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, din il-qorti hija obbligata tikkunsidra li dan l-istess prodott jaqa’ taħt l-imsemmi kunċett.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020


Top