EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0049

Kawża T-49/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – View vs EUIPO (CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS)

ĠU C 103, 18.3.2019, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/55


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – View vs EUIPO (CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS)

(Kawża T-49/19)

(2019/C 103/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: View, Inc. (Milpitas, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Tritton, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS” – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 381 213

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1625/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top