Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0790

    Kawża T-790/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Novolipetsk Steel vs Il-Kummissjoni (“Miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta fir-rigward tal-effett ikkombinat ta’ miżuri antidumping jew antisussidji u ta’ miżuri ta’ salvagwardja – Importazzjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni kiesħa tal-azzar u ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar – Modifika tal-leġiżlazzjonijiet li jistabbilixxu miżuri antidumping jew antisussidji fuq prodotti li huma s-suġġett ta’ miżuri ta’ salvagwardja – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 502, 13.12.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 502/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Novolipetsk Steel vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-790/19) (1)

    (“Miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta fir-rigward tal-effett ikkombinat ta’ miżuri antidumping jew antisussidji u ta’ miżuri ta’ salvagwardja - Importazzjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni kiesħa tal-azzar u ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar - Modifika tal-leġiżlazzjonijiet li jistabbilixxu miżuri antidumping jew antisussidji fuq prodotti li huma s-suġġett ta’ miżuri ta’ salvagwardja - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2021/C 502/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Novolipetsk Steel PAO (Lipetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: E. Gergondet u P. Vander Schueren, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1382 tat-2 ta’ Settembru 2019 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew anti-sussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (ĠU 2019, L 227, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Novolipetsk Steel PAO hija kkunadannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


    Top