This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TA0521
Case T-521/19: Judgment of the General Court of 16 December 2020 — Haswani v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted against Syria — Freezing of funds — Res judicata — Period allowed for commencing proceedings — Obligation to state reasons — Error of assessment — Proportionality)
Kawża T-521/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Haswani vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Awtorità ta’ res judicata – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
Kawża T-521/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Haswani vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Awtorità ta’ res judicata – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
ĠU C 62, 22.2.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Haswani vs Il-Kunsill
(Kawża T-521/19) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)
(2021/C 62/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: George Haswani (Yabroud, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Limonet u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125, rettifika fil-ĠU 2018, L 190, p. 20), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1245 tal-10 ta’ Lulju 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241 tal-10 ta’ Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/716 tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawk l-atti jirrigwardaw ir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li allegatament sofra b’riżultat ta’ dawk l-atti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
George Haswani huwa kkundannat għall-ispejjeż. |