This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0795
Case C-795/19: Request for a preliminary ruling from the Riigikohus (Estonia) lodged on 29 October 2019 — XX v Tartu Vangla
Kawża C-795/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla
Kawża C-795/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla
ĠU C 19, 20.1.2020, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla
(Kawża C-795/19)
(2020/C 19/32)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus (l-Estonja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XX
Konvenut: Tartu Vangla
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-telf ta’ smigħ taħt l-istandard mitlub jikkostitwixxi impediment assolut li jipprekludi ż-żamma fis-servizz inkwantu uffiċjal tal-ħabs, u li ma tawtorizzax l-użu ta’ mezzi korrettivi waqt li jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-akutezza tas-smigħ humiex issodisfatti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.