Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0311

    Kawża C-311/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 — BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí

    ĠU C 213, 24.6.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 — BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí

    (Kawża C-311/19)

    (2019/C 213/18)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BONVER WIN, a.s.

    Konvenut: Ministerstvo financí

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali (digriet komunali ta’ applikazzjoni ġenerali) li tipprojbixxi f’parti minn komun servizz determinat, minħabba biss li parti mill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernati minn din il-leġiżlazzjoni tista’ toriġina jew toriġina minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

    Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa suffiċjenti li tiġi invokata l-eventwali preżenza ta’ klijenti minn Stat Membru ieħor jew il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat li jipprova r-realtà tal-provvista ta’ servizzi lil klijenti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn?

    2)

    Għandu effett, b’xi mod, għar-risposta għall-ewwel domanda magħmula:

    a)

    li r-restrizzjoni potenzjali għall-provvista libera tas-servizzi tkun kunsiderevolment limitata, u dan, kemm fuq il-livell ġeografiku kif ukoll fuq il-livell materjali (l-eventwali applikabbiltà tal-eċċezzjoni de minimis);

    b)

    li ma jidhirx ċar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirregola b’mod differenti, fid-dritt jew fil-fatt, is-sitwazzjoni tal-operaturi li jipprovdu servizzi b’mod ewlieni liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u dik tal-operaturi li jimmiraw lill-klijenti nazzjonali, min-naħa l-oħra?


    Top