Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0910

    Kawża C-910/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Bankia SA vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/71/KE – Prospett meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ – Artikolu 3(2) – Artikolu 6 – Offerta indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati – Kontenut tal-informazzjoni pprovduta fil-prospett – Azzjoni għad-danni – Investituri individwali u investituri kkwalifikati – Għarfien tas-sitwazzjoni ekonomika tal-emittent)

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Bankia SA vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

    (Kawża C-910/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/71/KE - Prospett meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ - Artikolu 3(2) - Artikolu 6 - Offerta indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati - Kontenut tal-informazzjoni pprovduta fil-prospett - Azzjoni għad-danni - Investituri individwali u investituri kkwalifikati - Għarfien tas-sitwazzjoni ekonomika tal-emittent)

    (2021/C 289/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bankia SA

    Konvenut: Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2008/11, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati, l-azzjoni għad-danni minħabba l-informazzjoni pprovduta fil-prospett tista’ tiġi eżerċitata mhux biss mill-investituri individwali, iżda wkoll mill-investituri kkwalifikati.

    2)

    L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/71, kif emendata bid-Direttiva 2008/11, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, fil-kuntest ta’ azzjoni għad-danni mressqa minn investitur ikkwalifikat minħabba l-informazzjoni pprovduta fil-prospett, jippermettu lil, jew saħansitra jimponu fuq, il-qorti li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li dan l-investitur kellu jew kellu jkun jaf bis-sitwazzjoni ekonomika tal-emittent tal-offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet, fid-dawl tar-relazzjonijiet tiegħu miegħu u indipendentement mill-prospett, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili previsti mid-dritt nazzjonali u li fil-prattika ma għandhomx l-effett li jagħmlu impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ din l-azzjoni.


    (1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


    Top