Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0607

    Kawża C-607/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Husqvarna AB vs Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade marks tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 51(1)(a) – Artikolu 55(1) – Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni – Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin – Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin – Data ta’ evalwazzjoni)

    ĠU C 62, 22.2.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Husqvarna AB vs Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

    (Kawża C-607/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) - Artikolu 55(1) - Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni - Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin - Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin - Data ta’ evalwazzjoni)

    (2021/C 62/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Husqvarna AB

    Konvenut: Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkunx wasal fi tmiemu hija dik tat-tressiq ta’ din it-talba.


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top