This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0289
Case T-289/18: Action brought on 4 May 2018 — Pšonka v Council
Kawża T-289/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill
Kawża T-289/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill
ĠU C 249, 16.7.2018, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża T-289/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill
(Kawża T-289/18)
2018/C 249/48Lingwa tal-kawża: iċ-ĊekPartijiet
Rikorrent: Artem Viktorovič Pšonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018, sa fejn dik id-deċiżjoni u dak ir-regolament jikkonċernaw lir-rikorrent. |
— |
tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
|