Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0285

    Kawża T-285/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

    ĠU C 249, 16.7.2018, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806290641986392018/C 249/472852018TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180504373821

    Kawża T-285/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

    Top

    C2492018MT3710120180504MT0047371382

    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Pšonka vs Il-Kunsill

    (Kawża T-285/18)

    2018/C 249/47Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrent: Viktor Pavlovič Pšonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018, sa fejn dik id-deċiżjoni u dak ir-regolament jikkonċernaw lir-rikorrent.

    tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u tikkundannah għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

    Insostenn tar-rikors tiegħħu, ir-rikorrent isostni, inter alia, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma kienx diliġenti biżżejjed u ma tax attenzjoni biżżejjed fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018, u dan peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma indirizzax l-argumenti tar-rikorrent u l-provi li kien ressaq li jimmilitaw favur dan tal-aħħar, u huwa bbaża ruħu primarjament fuq is-sunt qasir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni addizzjonali dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet fl-Ukraina.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

    F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-miżuri restrittivi li ttieħdu kontrih huma sproporzjonati, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju u jammontaw għal ksur tal-garanziji tad-dritt internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li fl-adozzjoni tal-miżuri restrittivi d-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq u għall-preżunzjoni ta’ innoċenza nkisru, bħalma nkiser id-dritt tiegħu għall-protezzjoni tal-proprjetà privata.

    Top