EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0018

Kawża T-18/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – Lillelam vs EUIPO – Pfaff (LITTLE LAMB)

ĠU C 94, 12.3.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/31


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – Lillelam vs EUIPO – Pfaff (LITTLE LAMB)

(Kawża T-18/18)

(2018/C 094/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lillelam A/S (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentant: N. Köster, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nick Pfaff (Ammanford, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LITTLE LAMB” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 121 675

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 536/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrevoka t-trade mark tal-Unjoni Nru 8 121 675 “LITTLE LAMB” għall-inqas għall-“Ħwejjeg” u “Aċċessorji għall-ħwejjeġ”

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001.


Top