Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0160

    Kawża T-160/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THYREOS VASSILIKI — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Dritt għall-isem Vassiliki fil-Ġreċja — Raġuni relattiva ta’ invalidità ibbażata fuq il-ksur ta’ dritt għall-isem — Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 93, 11.3.2019, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/61


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI)

    (Kawża T-160/18) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THYREOS VASSILIKI - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dritt għall-isem Vassiliki fil-Ġreċja - Raġuni relattiva ta’ invalidità ibbażata fuq il-ksur ta’ dritt għall-isem - Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

    (2019/C 93/79)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Vassiliki Theodorakidi (Veroia, il-Greċja) (rappreżentant: F. Ikonomidou Ikonomou, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vassiliki Benopoulou (Kifissia, il-Greċja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 40/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn V. Benopoulou u V. Theodorakidi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Vassiliki Theodorakidi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


    Top