This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0832
Case C-832/18: Request for a preliminary ruling from the Helsingin hovioikeus (Finland) lodged on 21 December 2018 — A and Others v Finnair Oyj
Kawża C-832/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – A et vs Finnair Oyj
Kawża C-832/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – A et vs Finnair Oyj
ĠU C 93, 11.3.2019, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – A et vs Finnair Oyj
(Kawża C-832/18)
(2019/C 93/43)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hovioikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A et
Konvenuta: Finnair Oyj
Domandi preliminari
1. |
Ir-Regolament Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier għandu d-dritt għal kumpens ulterjuri skont l-Artikolu 7(1) jekk ikun irċieva kumpens għal titjira kkanċellata, it-trasportatur tal-ajru tat-titjira mibdula jkun l-istess bħal dik tat-titjira kkanċellata, u t-titjira mibdula wara t-titjira kkanċellata tkun ukoll suġġetta għal dewmien lil hinn mill-ħin tal-wasla skedat sa tali punt li l-passiġġier ikun intitolat għal kumpens? |
2. |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-trasportatur tal-ajru jista’ jinvoka ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) jekk, wara evalwazzjoni teknika mill-manifattur tal-ajruplan fir-rigward ta’ ajruplan li jkun diġà qiegħed jintuża, il-parti kkonċernata mid-dokument inkwistjoni tkun fil-fatt ittrattata bħala parti hekk imsejħa “on condition”, jiġifieri parti li tintuża sakemm issir difettuża, u t-trasportatur tal-ajru jkun ipprepara li jissostitwixxi l-parti inkwistjoni billi jżomm parti ta’ bdil maħżuna b’mod permanenti? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).