This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0749
Case C-749/18: Request for a preliminary ruling from the Cour administrative (Luxembourg) lodged on 30 November 2018 –B, C, D v Administration des contributions directes
Kawża C-749/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fit-30 ta’ Novembru 2018 – B, C, D vs Administration des contributions directes
Kawża C-749/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fit-30 ta’ Novembru 2018 – B, C, D vs Administration des contributions directes
ĠU C 93, 11.3.2019, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fit-30 ta’ Novembru 2018 – B, C, D vs Administration des contributions directes
(Kawża C-749/18)
(2019/C 93/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B, C, D
Konvenuta: Administration des contributions directes
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru marbuta ma’ skema ta’ integrazzjoni fiskali li, minn naħa, tippermetti konsolidazzjoni tar-riżultati ta’ kumpanniji tal-istess grupp li tipprevedi esklużivament integrazzjoni fiskali vertikali bejn kumpannija omm residenti jew stabbiliment stabbli nazzjonali ta’ kumpannija omm mhux residenti u s-sussidjarji tagħha u li, min-naħa l-oħra, tipprekludi bl-istess mod l-integrazzjoni fiskali purament orizzontali ta’ sussidjarji biss kemm ta’ kumpannija omm mhux residenti u li ma għandhiex stabbiliment stabbli nazzjonali kif ukoll ta’ kumpannija omm residenti jew mhux residenti iżda li għandha stabbiliment stabbli nazzjonali? |
2) |
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-istess leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru marbuta ma’ sistema ta’ integrazzjoni fiskali u, b’mod iktar partikolari, mas-separazzjoni stretta bejn l-iskemi ta’ integrazzjoni vertikali (bejn kumpannija omm ta’ grupp u s-sussidjarji diretti jew indiretti tagħha) u orizzontali (bejn zewġ jew diversi sussidjarji residenti ta’ kumpannija omm ta’ grupp li tibqa’ barra l-perimetru ta’ integrazzjoni fiskali) naxxenti minn din il-leġiżlazzjoni u mal-obbligu li jirriżulta minn dan li tintemm integrazzjoni fiskali vertikali preeżistenti qabel ma jkun jista’ jiġi kkostitwit grupp ta’ integrazzjoni fiskali orizzontali u dan fil-każ
|
3) |
F’każ ta’ risposta affermattiva ukoll għat-tieni domanda, l-Artikoli 49 u 54 TFUE, flimkien mal-prinċipju tal-effett utli tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-istess leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru marbuta ma’ skema ta’ integrazzjoni fiskali u, b’mod iktar partikolari, mal-applikazzjoni ta’ terminu li skontu kull talba għall-ammissjoni fl-iskema ta’ integrazzjoni fiskali għandha obbligatorjament titressaq quddiem l-awtorità kompetenti qabel l-aħħar tal-ewwel sena li għaliha tkun intalbet l-applikazzjoni ta’ din l-iskema u dan fil-każ
|