This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0449
Case C-449/18 P: Appeal brought on 6 July 2018 by the European Union Intellectual Property Office against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 26 April 2018 in Case T-554/14 Messi Cuccittini v EUIPO — J.M.-E.V. e hijos
Kawża C-449/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ April 2018 fil-Kawża T-554/14 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J.M.-E.V. e hijos
Kawża C-449/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ April 2018 fil-Kawża T-554/14 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J.M.-E.V. e hijos
ĠU C 392, 29.10.2018, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/3 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-26 ta’ April 2018 fil-Kawża T-554/14 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J.M.-E.V. e hijos
(Kawża C-449/18 P)
(2018/C 392/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Lionel Andrés Messi Cuccittini u J.M.-E.V. e hijos, S.R.L.
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġeneral. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-EUIPO jikkunsidra li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade marks tal-Unjoni Ewropea, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
— |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat ix-xebh kunċettwali tas-sinjali, peress li tieħu inkunsiderazzjoni biss il-perċezzjoni ta’ parti sinjifikattiva tal-pubbliku rilevanti u ma stabbilixxietx ir-rilevanza tal-kumplament tal-pubbliku rilevanti, li għalihom id-differenza kunċettwali tat-trade marks ma tistax tagħmel tajjeb għax-xebh viżiv jew fonetiku tagħhom. |
|
— |
Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eskludiet li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni abbażi tal-perċezzjoni kunċettwali li “parti sinjfikattiv” tal-pubbliku għandu tat-trade marks kunfliġġenti, minflok ma evalwat jekk hemmx tali probabbiltà ta’ konfużjoni f’parti mhux insinjifikattiva tal-pubbliku rilevanti, kif rikjest mill-ġurispduenza. |