EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0268

Kawża C-268/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

ĠU C 249, 16.7.2018, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290201986742018/C 249/162682018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180418111111

Kawża C-268/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

Top

C2492018MT1110120180418MT0016111111

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

(Kawża C-268/18)

2018/C 249/16Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Onlineshop SRL

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor

Domandi preliminari

1)

In-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( 1 ), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 ( 2 ), għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni GPS PNI S 506 inkwistjoni f’din il-kawża jaqgħu taħt is-subintestatura tariffarja 852691, subintestatura 852691 20, jew taħt l-intestatura 8528, subintestatura 8528 59 00, ta’ din in-nomenklatura?

2)

Il-verżjonijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 ( 3 ) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 ( 4 ) huma rilevanti għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tariffarja korretta tal-apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, fis-sens li jistgħu jiġu applikati b’analoġija għal prodotti li għandhom similaritajiet mas-sistema ta’ navigazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari jekk l-applikazzjoni b’analoġija ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tiffavorixxi l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda magħmula mill-amministrazzjoni doganali?


( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).

( 2 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU 2016, L 294, p. 1).

( 3 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 tal-25 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2012, L 203, p. 34).

( 4 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 tad- 29 ta’ April 2014 li jemenda ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2014, L 133, p. 43).

Top