Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0255

    Kawża C-255/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ April 2018 – State Street Bank International GmbH vs Banca d’Italia

    ĠU C 249, 16.7.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806290061986612018/C 249/132552018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804119911

    Kawża C-255/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ April 2018 – State Street Bank International GmbH vs Banca d’Italia

    Top

    C2492018MT910120180411MT00139191

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ April 2018 – State Street Bank International GmbH vs Banca d’Italia

    (Kawża C-255/18)

    2018/C 249/13Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: State Street Bank International GmbH

    Konvenuta: Banca d’Italia

    Domandi preliminari

    1)

    Għandha tiġi inkluża fost il-“bidliet fl-istatus” li ma għandhomx effett, konformement mal-Artikolu 12 tar-Regolament 2015/63 ( 1 ), fuq l-obbligu ta’ kontribuzzjoni l-amalgamazzjoni ta’ istituzzjoni, preċedentement suġġetta għas-superviżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, assorbita mill-kumpannija omm li tappartjeni lil Stat Membru ieħor, amalgamazzjoni li sseħħ matul il-perijodu kontributorju? Din ir-regola għandha tapplika wkoll f’sitwazzjoni fejn l-amalgamazzjoni u l-estinzjoni konsegwenti tal-istituzzjoni seħħew matul is-sena 2015, meta la l-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u lanqas il-fond nazzjonali ma kienu għadhom formalment istitwiti mill-Istat Membru u meta l-kontribuzzjonijiet kienu għadhom ma ġewx ikkalkolati?

    2)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament 2015/63, moqri flimkien mal-Artikolu 14 tal-istess regolament u mal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2014/59 ( 2 ), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ amalgamazzjoni b’assorbiment ta’ kumpannija fi ħdan il-kumpannija omm tagħha li tinsab fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu kontributorju, l-istituzzjoni hija marbuta għall-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni għal din is-sena u mhux għal pagament prorata skont in-numru ta’ xhur li matulhom l-istituzzjoni inkwistjoni kienet suġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-ewwel Stat Membru, b’analoġija ma’ dak previst għall-“istituzzjonijiet taħt superviżjoni ġodda” fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament 2015/63?

    3)

    Konformement mad-Direttiva 2014/59, mar-Regolament 2015/63 u mal-prinċipji li jirregolaw is-sistema tal-istrumenti ta’ riżoluzzjoni tal-kriżijiet bankarji, ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjoni ordinarja, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tar-Regolament 2015/63 dwar il-mument ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet marbuta li jħallsu l-kontribuzzjoni u l-ammont tagħha, huma applikabbli għall-kontribuzzjoni straordinarja, fid-dawl tan-natura tagħha u tal-kundizzjonijiet previsti għall-impożizzjoni tagħha?


    ( 1 ) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).

    ( 2 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

    Top