EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0240

Kawża C-240/18 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Constantin Film Produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-69/17, Constantin Film Produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 249, 16.7.2018, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290091986432018/C 249/092402018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804046721

Kawża C-240/18 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Constantin Film Produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-69/17, Constantin Film Produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Top

C2492018MT610120180404MT00096172

Appell ippreżentat fl-4 ta’ April 2018 minn Constantin Film Produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-69/17, Constantin Film Produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-240/18 P)

2018/C 249/09Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Constantin Film Produktion GmbH (rappreżentant: E. Saarmann u P. Baronikians, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1. Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (RTM)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea żbaljat meta ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata, billi bbażat ruħha fuq ir-raġuni assoluta għal rifjut li tinsab fl-Artikolu 7(1)(f) tar-RTM ( 1 ). It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma tiksirx il-prinċipji ta’ moralità.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet l-iżbalji li ġejjin fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivazzjoni tal-qorti tal-istanza inferjuri:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea eżaminat it-trade mark “Fuck you, Goethe” minflok it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni konkreta “Fack Ju Göhte”.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea assumiet bi żball li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni kien ikkaratterizzat minn vulgarità inerenti, u injorat il-fatt li s-sinjal kompost mid-diversi termini “Fack Ju Göhte” huwa kunċett artistiku oriġinali u distintiv li, minħabba ortografija żbaljata, jinftiehem bħala ċajta u huwa inoffensiv.

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti li jitkellem bil-Ġermaniż kif stabbilit mill-qorti tal-istanza preċedenti. L-appellanti tat prova tas-suċċess ġenerali tal-film “Fack Ju Göhte” fil-parti tal-Unjoni Ewropea li titkellem bil-Ġermaniż, kif ukoll il-fatt li l-pubbliku rilevanti jassoċja s-sinjal li għalih saret applikazzjoni bħala sors ta’ ferħ u divertiment. Anki l-(ftit) membri tal-pubbliku li qatt ma kienu semgħu bil-film, ma jistgħux iħossuhom urtati mis-sinjal fir-rigward tal-prodotti u servizzi li għalihom jirreferi s-sinjal, għaliex il-kitba fonetika hija biżżejjed sabiex iċċaħħad is-sinjal mill-karattru serju tiegħu. Is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni ma jeħtieġx li l-pubbliku jaġixxi, ma jirreferix direttament għalih u lanqas ma jinsultah.

2. Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Billi ma applikatx għall-każ partikolari l-evalwazzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea dwar is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni “DIE WANDERHURE” (Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2015 – Każ R 2889/2014-4 – Die Wanderhure) il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea b’mod arbitrarju ttrattat b’mod differenti sitwazzjonijiet ferm simili.

3. Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba

Billi eżaminat is-sinjal “Fuck you, Goethe”, minflok “Fack Ju Göhte” u billi ma applikatx l-evalwazzjonijiet derivanti mid-deċiżjoni WANDERHUREN, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottat deċiżjoni li la kienet prevedibbli u lanqas verifikabbli.


( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1., kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, ĠU 2017, L 154, p. 1.)

Top