This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0180
Case C-180/18: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 9 March 2018 — Agrenergy Srl v Ministero dello Sviluppo Economico
Kawża C-180/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Agrenergy Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico
Kawża C-180/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Agrenergy Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico
ĠU C 182, 28.5.2018, pp. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Agrenergy Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawża C-180/18)
(2018/C 182/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrenergy Srl
Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE (1) għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-korp kumplessiv ta’ regoli stabbilit mid-Direttiva sabiex tinċentiva l-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli – fis-sens li dan jeskludi l-kompatibbiltà, mad-dritt tal-Unjoni, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Gvern Taljan li, permezz ta’ digrieti ta’ implimentazzjoni suċċessivi, jipprevedi t-tnaqqis jew saħansitra t-tneħħija tat-tariffi ta’ inċentiva stabbiliti preċedentement?
(1) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, p. 16).