Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0442

    Kawża C-442/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (Appell – Rifjut li jingħata l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE – Artikolu 10(4) – Kunfidenzjalità tal-laqgħat – Riżultat tad-deliberazzjonijiet – Possibbiltà ta’ żvelar – Deċiżjoni 2004/258/KE – Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE – Artikolu 4(1)(a) – Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet – Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku)

    ĠU C 61, 24.2.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA

    (Kawża C-442/18 P) (1)

    (Appell - Rifjut li jingħata l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE - Artikolu 10(4) - Kunfidenzjalità tal-laqgħat - Riżultat tad-deliberazzjonijiet - Possibbiltà ta’ żvelar - Deċiżjoni 2004/258/KE - Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE - Artikolu 4(1)(a) - Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet - Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku)

    (2020/C 61/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère, M. Ioannidis aġenti u H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (rappreżentanti: L. Soares Romão, J. Shearman de Macedo u D. Castanheira Pereira, advogados)

    Dispożittiv

    1)

    Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2018, Espírito Santo Financial (Portugal) vs BĊE (T-251/15, EU:T:2018:234), huwa annullat sa fejn, permezz ta’ dan il-punt, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA peress li, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta l-aċċess għall-ammont tal-kreditu li jinsab fl-estratti tal-proċess verbali li jivvalida d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

    2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    3)

    Ir-rikors ta’ Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA huwa miċħud sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA sa fejn, permezz tal-imsemmija deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta l-aċċess għall-ammont ta’ kreditu inkluż fl-estratti tal-proċess verbali li jivvalida d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

    4)

    Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll terz minn dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-kuntest tal-appell odjern u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

    5)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mal-appell odjern u mal-proċedura fl-ewwel istanza.


    (1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


    Top