Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0203

    Kawżi Magħquda C-203/18 u C-374/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Landgericht Köln - il-Ġermanja) – Deutsche Post AG, Klaus Leymann vs Land Nordrhein-Westfalen (C-230/18) et UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. vs Deutsche Post AG (C-374/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Trasport bit-triq – Dispożizzjonijiet soċjali – Vetturi li jintużaw għall-kunsinna bħala parti mis-servizz postali universali – Derogi – Vetturi li jintużaw parzjalment għal tali kunsinna – Direttiva 97/67/KE – Artikolu 3(1) – “Servizz universali” – Kunċett)

    ĠU C 27, 27.1.2020, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Landgericht Köln - il-Ġermanja) – Deutsche Post AG, Klaus Leymann vs Land Nordrhein-Westfalen (C-230/18) et UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. vs Deutsche Post AG (C-374/18)

    (Kawżi Magħquda C-203/18 u C-374/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet soċjali - Vetturi li jintużaw għall-kunsinna bħala parti mis-servizz postali universali - Derogi - Vetturi li jintużaw parzjalment għal tali kunsinna - Direttiva 97/67/KE - Artikolu 3(1) - “Servizz universali” - Kunċett)

    (2020/C 27/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen, Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Deutsche Post AG, Klaus Leymann (C-230/18), UPS Deutschland Inc. & Co. OHG, DPD Dynamic Parcel Distribution GmbH & Co. KG, Bundesverband Paket & Expresslogistik e.V. (C-374/18)

    Konvenuti: Land Nordrhein-Westfalen (C-203/18), Deutsche Post AG (C-374/18)

    Dispożittiv

    1)

    Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirripproduċi litterlament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014, sa fejn din tapplika għal vetturi ta’ massa massima ammissibbli ta’ iktar minn 2.8 tunellati, iżda ta’ mhux iktar minn 3.5 tunellati u li, b’hekk, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 kif emendat bir-Regolament Nru 165/2014, għandha tiġi interpretata esklużivament abbażi tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, meta dawn id-dispożizzjonijiet ikun ġew reżi applikabbli għal tali vetturi bid-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat.

    2)

    L-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 165/2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deroga prevista minnu tikkonċerna biss il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi użati esklużivament, waqt operazzjoni ta’ trasport partikolari, għall-finijiet tal-kunsinna ta’ oġġetti fil-kuntest tas-servizz postali universali.

    3)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewroprew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta’ servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li servizzi addizzjonali, bħalma huma l-ġbir b’slot jew mingħajra, spezzjoni viżwali tal-età, kontrorimborż, spejjeż postali mhux imħallsa sa 31.5 kilogrammi, servizzi ta’ trażmissjoni mill-ġdid, struzzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ kunsinna kif ukoll l-għażla tal-ġurnata u l-għażla ta’ żmien, jiġu pprovduti b’rabta ma’ kunsinna jikkostitwixxi ostaklu sabiex din tal-aħħar titqies bħala kunsinna mwettqa fil-kuntest tas-“servizz universali” skont din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, bħala kunsinna mibgħuta “bħala parti mis-servizz postali universali” għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006.


    (1)  ĠU C 231, 2.7.2018

    ĠU C 328, 17.9.2018


    Top