This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0176
Case C-176/18: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 19 December 2019 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo — Spain) — Club de Variedades Vegetales Protegidas v Adolfo Juan Martínez Sanchís (Reference for a preliminary ruling — Community plant variety rights — Regulation (EC) No 2100/94 — Article 13(2) and (3) — Effects of community plant variety rights — Cumulative protection scheme — Planting of variety constituents and harvesting the fruit — Distinction between acts effected in respect of variety constituents and those concerning harvested material — Concept of ‘unauthorised use of variety constituents’ — Article 95 — Provisional protection)
Kawża C-176/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Spanja) – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti – Regolament (KE) Nru 2100/94 – Artikolu 13(2) u (3) – Effetti tal-protezzjoni – Sistema ta’ protezzjoni mifruxa fuq numru ta’ stadji – Żergħa ta’ kostitwenti tal-varjetajiet u ħsad tal-frott tagħhom – Distinzjoni bejn l-atti magħmula fuq il-kostitwenti tal-varjetajiet u dawk magħmula fuq il-materjal maħsud – Kunċett ta’ “użu mhux awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” – Artikolu 95 – Drittijiet provviżorji)
Kawża C-176/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Spanja) – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti – Regolament (KE) Nru 2100/94 – Artikolu 13(2) u (3) – Effetti tal-protezzjoni – Sistema ta’ protezzjoni mifruxa fuq numru ta’ stadji – Żergħa ta’ kostitwenti tal-varjetajiet u ħsad tal-frott tagħhom – Distinzjoni bejn l-atti magħmula fuq il-kostitwenti tal-varjetajiet u dawk magħmula fuq il-materjal maħsud – Kunċett ta’ “użu mhux awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” – Artikolu 95 – Drittijiet provviżorji)
ĠU C 61, 24.2.2020, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 61/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Spanja) – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís
(Kawża C-176/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 13(2) u (3) - Effetti tal-protezzjoni - Sistema ta’ protezzjoni mifruxa fuq numru ta’ stadji - Żergħa ta’ kostitwenti tal-varjetajiet u ħsad tal-frott tagħhom - Distinzjoni bejn l-atti magħmula fuq il-kostitwenti tal-varjetajiet u dawk magħmula fuq il-materjal maħsud - Kunċett ta’ “użu mhux awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” - Artikolu 95 - Drittijiet provviżorji)
(2020/C 61/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Club de Variedades Vegetales Protegidas
Konvenut: Adolfo Juan Martínez Sanchís
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 13(2)(a) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività li ta’ żergħa ta’ varjetà protetta u ta’ ħsad tal-frott tagħha, li ma jkunx tali li jintuża bħala materjal ta’ moltiplikazzjoni, tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti relatat mal-imsemmija varjetà ta’ pjanti sa fejn jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament. |
2) |
L-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 2100/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-frott ta’ varjetà ta’ pjanti li ma jkunx tali li jintuża bħala materjal ta’ moltiplikazzjoni ma jistax jitqies li inkiseb permezz ta’ “l-użu [mhux] awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” ta’ din il-varjetà ta’ pjanti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dawn il-kostitwenti tal-varjetajiet ikunu ġew immoltiplikati u mibjugħa lil operatur agrikolu minn mixtla matul il-perijodu inkluż bejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-imsemmija varjetà ta’ pjanti u l-għoti ta’ dan id-dritt. Meta, wara l-għoti ta’ din il-protezzjoni, l-imsemmija kostitwenti tal-varjetajiet ikunu ġew immoltiplikati u mibjugħa mingħajr il-kunsens tad-detentur ta’ dan id-dritt, dan tal-aħħar jista’ jinvoka d-dritt mogħti lilu mill-Artikolu 13(2)(a) u (3) ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-imsemmi frott, bil-kundizzjoni li d-detentur ta’ din il-varjetà ma setax raġonevolment jeżerċita d-dritt tiegħu b’rabta ma’ dawn l-istess kostitwenti tal-varjetajiet. |