Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0757

Kawża T-757/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

ĠU C 32, 29.1.2018, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-757/17)

(2018/C 032/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 indirizzata lir-rikorrent sa fejn hija tordna li l-Każ CMS 15/017 jinbeda ab initio;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2017 indirizzata lir-rikorrent sa fejn hija tordna li l-Każ CMS 12/063 jinbeda ab initio;

tagħti lir-rikorrent kumpens totali ta’ EUR 40 000 għal danni morali speċjali, li għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza b’applikazzjoni tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza ta’ annullament tal-14 ta’ Frar 2017, Kerstens vs Il-Kummissjoni (T-270/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:74) u fuq ksur tal-prinċipju ta’ “non bis in idem” li twettqu mill-Awtorità tal-Ħatra meta ddeċidiet li tiftaħ mill-ġdid proċeduri dixxiplinari li tagħhom kien is-suġġett ir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkluż l-obbligu ta’ trattament imparzjali u ekwu tal-kawżi, fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet li jinfetħu mill-ġdid l-imsemmija proċeduri dixxiplinari ma jiggarantixxux trattament imparzjali u ekwu tal-kawża tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq eżekuzzjoni żbaljata tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq u fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ tul raġonevli peress li, skont ir-rikorrent, proċedura dixxiplinari ġdida għandha wkoll isseħħ fi żmien raġonevoli, u dan ma huwiex il-każ hawnhekk.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq talba għal danni speċjali li rriżultaw wara l-irregolaritajiet imsemmija iktar ’il fuq sabiex jiġi kkumpensat id-dannu morali allegatament ikkawżat mill-amministrazzjoni lir-rikorrent, peress li l-annullament tal-atti kkontestati ma jistgħux, weħedhom, jikkumpensaw l-imsemmi dannu.


Top