Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0751

Kawża T-751/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 32, 29.1.2018, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/17)

(2018/C 032/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Fessenheim, Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza) u l-Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni (C(2017 7119 FINALI) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta li tikkomunika d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata lill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Marzu 2017, dwar il-protokoll ta’ kumpens lil EDF għall-għeluq tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkomunika lir-rikorrenti l-imsemmija ittra tat-22 ta’ Marzu 2017 f’terminu ta’ ġimgħa mis-sentenza li għandha tingħata mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), peress li kien hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal rimedju effettiv.


Top