Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0746

    Kawża T-746/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

    ĠU C 32, 29.1.2018, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/35


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

    (Kawża T-746/17)

    (2018/C 032/48)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “i.Beat jump” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 729 075

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2236/2016-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni u tirrevoka d-drittijiet tal-applikant fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 729 075

    tiċħad l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001;

    Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top