This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0740
Case T-740/17: Action brought on 2 November 2017 — DEI v European Commission
Kawża T-740/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – DEI vs Il-Kummissjoni
Kawża T-740/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – DEI vs Il-Kummissjoni
ĠU C 32, 29.1.2018, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/33 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2017 – DEI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-740/17)
(2018/C 032/47)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou Α.Ε. (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, E. Salaka, C. Synodinos, C. Tagaras u D. Waelbroeck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP) — il-Ġreċja: Allegata Għajnuna mill-Istat lil Aluminium S.A. fil-forma ta’ tariffi tal-elettriku inqas mill-ispiża wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ, sa fejn tħassar l-atti tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2014 u tal-25 ta’ Marzu 2015; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP), sa fejn tikkonstata li ebda għajnunna mill-Istat ma nħarġet lil Aluminium u, konsegwentement, li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kif prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Awwissu 2017 (C(2017) 5622 final) fil-Każ SA.38101 (2015/NN)(ex 2013/CP), sa fejn tikkonstata li l-ilment ta’ DEI, dwar l-għajnuna mill-Istat li ngħatat fuq il-bażi tar-raġunijiet tad-Deċiżjoni 346/2012 tar-RAE [ir-Regolatur tal-Enerġija Ġrieġ], kien sar bla skop minħabba d-Deċiżjoni 1/2013 tat-Tribunal tal-Arbitraġġ fil-kuntest tal-arbitraġġ permanenti tar-RAE; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ DEI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-228/16 P, u kontradizzjoni tad-deċiżjoni f’din il-kawża. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq implementazzjoni inadegwata tal-obbligi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 2015/1589 (1) u ksur ta’ dan l-artikolu u tad-dritt għal smiegħ xieraq, kif ukoll ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni suffiċjenti, kontradizzjoni u ksur tal-obbligu ta’ eżami tal-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ dritt fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-ftehim ta’ arbitraġġ, li bħala konsegwenza tiegħu kienet inħarġet id-Deċiżjoni 1/2013 imsemmija hawn fuq, kien stabbilixxa “parametri ċari u oġġettivi” li “jilliminatw id-diskrezzjonalità tal-arbitri” u kellu bħala “konsegwenza loġika” t-tariffa tal-elettriku kif ġiet stabbilita fl-aħħar. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ investitur privat prudenti, u tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, fir-rigward tal-konstatazzjoni li t-tariffa tal-elettriku stabbilita bid-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ hija l-“konsegwenza loġika ta’ parametri ddefiniti sew fil-ftehim ta’ arbitraġġ”. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, fir-rigward tal-konstatazzjoni li l-Kummissjoni ma kinitx marbuta tidħol f’evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, u żball ta’ liġi manifest kif ukoll żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali sa fejn il-Kummissjoni naqset milli teżmina aspetti kruċjali li jirrigwardaw il-konstatazzjoni jekk kienx hemm għajnuna mill-Istat jew le. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, u żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tat-test ta’ operatur privat prudenti f’ekonomija tas-suq. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u żball ta’ evalwazzjoni manifest fir-rigward taċ-ċirkustanzi fattwali fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tkomplix tinvestiga l-ilment magħmul minn DEI fl-2012, skont l-Artikolu 108 (2) TFUE, fuq il-bażi tal-konstatazzjoni li l-ilment “kien sar bla skop” wara l-ħruġ tad-Deċiżjoni 1/2013 tat-Tribunal ta’ Arbitraġġ. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015L 248, p. 9).