This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0222
Case T-222/17: Action brought on 18 April 2017 — Recylex a.o. v Commission
Kawża T-222/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Recylex et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-222/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Recylex et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 195, 19.6.2017, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/34 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Recylex et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-222/17)
(2017/C 195/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Recylex SA (Pariġi, Franza), Fonderie et Manufacture de Métaux (Anderlecht, il-Belġju), Harz-Metall GmbH (Goslar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wellinger, S. Reinart u K. Bongs, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Frar 2017 (C(2017) 900 finali) dwar proċedimenti skont l-Artikolu 101 TFUE; |
— |
tagħti lir-rikorrenti termini għall-ħlas; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ma applikatx għar-rikorrenti l-punt 26 (l-aħħar paragrafu) tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni (1) fir-rigward tat-tul tal-ksur. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikatx għar-rikorrenti l-punt 26 (l-aħħar paragrafu) tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni fir-rigward ta’ Franza. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikat żieda speċifika ta’ 10 % fil-kalkolu tal-multa bbażata fuq il-punt 37 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi (2) |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta ma tatx lir-rikorrenti tnaqqis ta’ 50 % fil-multa skont l-ewwel inċiż tal-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju li l-multa għandha tkun speċifika għal min iwettaq il-ksur. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tuża l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tati lir-rikorrenti termini għall-ħlas għal kwalunkwe parti mill-multa li għandha dovuta. |
(1) Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17), kif emendata l-aħħar bil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar emendi għall-Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2015, C 256, p. 1).
(2) Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).