This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0197
Case T-197/17: Action brought on 28 March 2017 — Abel and Others v Commission
Kawża T-197/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2017 – Abel et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-197/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2017 – Abel et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 151, 15.5.2017, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/46 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2017 – Abel et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-197/17)
(2017/C 151/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Abel (Montreuil, Franza) u 1438 rikorrent ieħor (rappreżentant: J. Assous, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tirrikonoxxi l-irregolarità tal-aġir tal-Kummissjoni Ewropea; |
— |
tirrikonoxxi d-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008, fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni ta’ tali regolament u EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu materjali; |
— |
tagħti ordni kontra l-Kummissjoni Ewropea li tobbligaha tirritorna l-“fattur ta’ konformità finali” maħluq mir-Regolament (UE) 2016/646 għal 1 u tirrinunzja għall-“fattur ta’ konformità temporanju” stabbilit għal 2,1; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-elementi li ġejjin.
1. |
Il-konvenuta wettqet żbalji fl-adozzjoni tar-regolament inkwistjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li kienu ddelegawlha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1), skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. Konkretament:
|
2. |
L-eżistenza ta’ dannu reali u ċert u ta’ rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu allegat. |