Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0177

    Kawża T-177/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2017 – EKETA vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 151, 15.5.2017, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/41


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2017 – EKETA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-177/17)

    (2017/C 151/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara li t-talba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea lill-ΕΚΕΤΑ biex jirrimborsa l-ammont ta’ EUR 211 185,95 mill-pagament irċevut minnu għall-proġett ASK-IT, liema talba saret fin-nota ta’ debitu Nru 3241615292/29.11.2016, hija infondata fir-rigward tas-somma ta’ EUR 143 910,77;

    tiddikjara li s-somma ta’ EUR 143 910,77 tikkostitwixxi spejjeż eliġibbli u li l-ΕΚΕΤΑ ma huwiex obbligat iħallas lura dik is-somma lill-Kummissjoni Ewropea, u

    tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    1.

    B’dan ir-rikors, l-Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) jikkontesta t-talba mressqa mill-Kummissjoni permezz tan-nota ta’ debitu tagħha Nru 3241615292/29.11.2016, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-proġett ASK-IT. Permezz ta’ dik in-nota ta’ debitu, il-Kummissjoni talbet lill-ΕΚΕΤΑ jirrimborsa parti mill-pagament li rċieva mingħandha għall-proġett ASK-IT, somma ta’ EUR 211 185,95. Din it-talba saret wara awditu fuq il-post li twettaq mill-Kummissjoni Ewropea fl-uffiċċji tar-rikorrent.

    2.

    F’dak il-kuntest, ir-rikorrent isostni li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 272 TFUE, għandha tiddikjara li, mill-ammont imsemmi fin-nota ta’ debitu, is-somma ta’ EUR 143 910,77 tikkostitwixxi spejjeż eliġibbli u li l-ΕΚΕΤΑ ma huwiex marbut li jħallas dik is-somma lill-Kummissjoni.

    3.

    L-ΕΚΕΤΑ jsostni li l-imsemmi ammont ta’ EUR 143 910,77 jikkostitwixxi spejjeż tal-persunal, spejjeż ta’ subappalt u spejjeż indiretti eliġibbli, li l-Kummissjoni ċaħdet b’mod żbaljat bħala ineliġibbli. L-eliġibbiltà tal-ispejjeż tar-rikorrent hija pprovata mill-evidenza ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea fl-awditu fuq il-post u f’korrispondenza sussegwenti u li dan jippreżenta lill-Qorti Ġenerali.


    Top