EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0784

Kawża T-784/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Talba għal miżuri provviżorji — Terminu tal-istennija — Offerta anormalment baxxa — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)

ĠU C 94, 12.3.2018, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-784/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Talba għal miżuri provviżorji - Terminu tal-istennija - Offerta anormalment baxxa - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2018/C 094/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tattribwixxi lil ħames offerenti l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06/D 20/2017/M036) u, min-naħa l-oħra, li tobbliga lill-Parlament jipproduċi diversi dokumenti.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta ta’ Strabag Belgium u tattribwixxi lil ħames offerenti l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas ta’ xogħlijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06/D 20/2017/M036) hija sospiża.

2)

Il-kumplament tat-talba huwa miċħud.

3)

Id-digriet tas-6 ta’ Diċembru 2017, Strabag Belgium vs Il-Parlament (T-784/17 R), huwa mħassar.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top