Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0158

    Kawża T-158/17 R: Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2017 – Post Telecom vs BEI (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan għall-bini u għall-uffiċċji tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 195, 19.6.2017, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/30


    Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2017 – Post Telecom vs BEI

    (Kawża T-158/17 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan għall-bini u għall-uffiċċji tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

    (2017/C 195/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Post Telecom SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Thewes, C. Saettel u T. Chevrier, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams, P. Kiiver u C. Solazzo, aġenti, assistiti minn M. Belmessieri u B. Schutyser, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-BEI tas-6 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti OP-1305, intitolata “Servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan u netwerk estiż għall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment”, u tad-deċiżjoni li dan il-lott jingħata lil offerent ieħor.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    Id-digriet tal-15 ta’ Marzu 2017, mogħti fil-Kawża T-158/17 R, huwa rrevokat.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top