Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0767

    Kawża T-767/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Briloner Leuchten (Lampa) (“Disinn komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat tad-dawl — Raġuni għal invalidità — Disinn preċedenti — Karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tal-kreatur — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

    ĠU C 103, 18.3.2019, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Briloner Leuchten (Lampa)

    (Kawża T-767/17) (1)

    ((“Disinn komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat tad-dawl - Raġuni għal invalidità - Disinn preċedenti - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

    (2019/C 103/45)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Briloner Leuchten GmbH & Co. KG, li kienet Briloner Leuchten GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 746/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Eglo Leuchten u Briloner Leuchten.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Eglo Leuchten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


    Top