Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0692

    Kawża C-692/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Paulo Nascimento Consulting – Mediação Imobiliária Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 94, 12.3.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Paulo Nascimento Consulting – Mediação Imobiliária Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-692/17)

    (2018/C 094/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Paulo Nascimento Consulting – Mediação Imobiliária Lda

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domanda preliminari

    It-trasferiment, taħt titolu oneruż, minn persuna suġġetta għall-VAT lil terza persuna, tal-pożizzjoni proċesswali li għandha f’azzjoni eżekuttiva għall-irkupru ta’ kreditu rrikonoxxut minn deċiżjoni ġudizzjarja bħala li jirriżulta mill-ksur ta’ kuntratt ta’ aġenzija ta’ proprjetà immobbli, flimkien mal-VAT bir-rata fis-seħħ fid-data tal-ħlas flimkien mal-interessi moratorji dovuti jew li jistgħu jsiru dovuti sa ma jsir il-ħlas komplet, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “għoti”, “negozjar” jew “immaniġġjar” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT? (1)


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


    Top