Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0300

    Kawża C-300/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Kúria – l-Ungerija) – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri għal tressiq ta’ kawża — Direttiva 89/665/KE — Kawża għad-danni — Artikolu 2(6) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari u finali tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li allegatament ikkawża d-dannu allegat — Rikors għal annullament — Proċedura preċedenti quddiem Kumitat Arbitrali — Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Arbitrali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-produzzjoni ta’ motivi li ma jkunux tqajmu quddiem il-Kumitat Arbitrali — tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza

    ĠU C 352, 1.10.2018, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Kúria – l-Ungerija) – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata

    (Kawża C-300/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għal tressiq ta’ kawża - Direttiva 89/665/KE - Kawża għad-danni - Artikolu 2(6) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari u finali tal-illegalità tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li allegatament ikkawża d-dannu allegat - Rikors għal annullament - Proċedura preċedenti quddiem Kumitat Arbitrali - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Arbitrali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-produzzjoni ta’ motivi li ma jkunux tqajmu quddiem il-Kumitat Arbitrali - tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza)

    (2018/C 352/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Kúria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hochtief AG

    Konvenut: Budapest Főváros Önkormányzata

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħolijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata permezz tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà li tiġi sostnuta pretensjoni tad-dritt ċivili fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar l-kuntratti pubbliċi u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għall-kundizzjoni li l-ksur ikun ġie kkonstatat b’mod definittiv minn dan il-Kumitat Arbitrali tal-Kuntratti Pubbliċi jew, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat Arbitrali, minn qorti.

    2)

    Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2014/23, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni għad-danni, ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn Kumitat Arbitrali responsabbli fl-ewwel istanza mill-istħarriġ tad-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kontraenti fl-ambitu tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jiġu eżaminati biss motivi invokati quddiem dan il-kumitat.


    (1)  ĠU C 269, 14.08.2017.


    Top