This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0016
Case C-16/17: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 7 August 2018 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) — Portugal) — TGE Gas Engineering GmbH — Sucursal em Portugal v Autoridade Tributária e Aduaneira (Reference for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Deduction of input tax — Origin and scope of the right to deduct)
Kawża C-16/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira Talba għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis
Kawża C-16/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira Talba għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis
ĠU C 352, 1.10.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-16/17) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis)
(2018/C 352/05)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal
Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kumpannija li jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, u l-fergħa tagħha fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati huma żewġ persuni taxxabbli distinti minħabba li kull waħda minn dawn l-entitajiet għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni fiskali, u tirrifjuta, għal din ir-raġuni, lill-fergħa id-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq noti ta’ debitu maħruġa minn grupp ta’ interess ekonomiku li l-imsemmija kumpannija (u mhux il-fergħa tagħha) hija membru tiegħu.