EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0800

Kawża T-800/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Mayekawa Europe vs Il-Kummissjoni

ĠU C 22, 23.1.2017, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Mayekawa Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-800/16)

(2017/C 022/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mayekawa Europe NV/SA (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv” kid iddefiniti fid-deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna/

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU L 260, p. 61).


Top