Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0234

    Kawża T-234/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/46


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)

    (Kawża T-234/16)

    (2016/C 243/51)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meißen, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Meissen” – trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2016 fil-Kawżi magħquda R 2620/2014-4 u R 2622/2014-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn twassal għal żvantaġġ għar-rikorrenti, jiġifieri sa fejn hija ċaħdet l-appell tal-applikant u rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn hija, barra minn hekk, fuq appell tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, annullat id-deċiżjoni kkontestata tad-Divizjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħdet ukoll it-talba ta’ kanċellazzjoni wkoll f’dan ir-rigward;

    sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis lilha nnifisha kompetenti sabiex tirriforma d-deċiżjoni kkontestata: tiddikjara r-revoka tad-drittijiet kollha fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663 – u fin-nuqqas ta’ dan u għall-kumplament: tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO.

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top