Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0213

    Kawża T-213/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FREE STYLE)

    ĠU C 243, 4.7.2016, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/41


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FREE STYLE)

    (Kawża T-213/16)

    (2016/C 243/45)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “FREE STYLE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 761 731

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 387/2015-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

    Motivi invokati

    Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-212/16, El Corte Inglés vs EUIPO – Elho Business & Sport (FRee STyLe).


    Top