EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0770

Kawża T-770/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Regolament intern tal-Parlament — Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari — Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament — Libertà tal-espressjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi”)

ĠU C 249, 16.7.2018, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290461986292018/C 249/307702016TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180531252511

Kawża T-770/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Regolament intern tal-Parlament — Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari — Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament — Libertà tal-espressjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi”)

Top

C2492018MT2510120180531MT0030251251

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament

(Kawża T-770/16) ( 1 )

“(“Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Regolament intern tal-Parlament — Aġir li jippreġudika d-dinjità tal-Parlament u l-iżvolġiment korrett tax-xogħolijiet parlamentari — Sanzjonijiet dixxiplinari ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament — Libertà tal-espressjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ liġi”)”

2018/C 249/30Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Janusz Korwin-Mikke (Józefów, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Cherchi u A. Daoût, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alonso de León u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2016 u tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tal-1 ta’ Awwissu 2016, li jimponu fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ telf tad-dritt għal allowance ta’ residenza għal perijodu ta’ ta’ għaxart’ijiem u ta’ sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet kollha tal-Parlament għal perijodu ta’ ħamest’ijiem konsekuttivi u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tal-1 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

It-talba għal kumpens hija miċħuda.

3)

Janusz Korwin-Mikke u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


( 1 ) ĠU C 6, 9.1.2017.

Top