EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0750

Kawża T-750/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FV vs Il-Kunsill (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal — Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz — Ugwaljanza fit-trattament — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà”)

ĠU C 93, 11.3.2019, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-750/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”))

(2019/C 93/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FV (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u A. Tymen, sussegwentement minn L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u J. A. Steele, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2015 li tqiegħed lir-rikorrenti fuq leave fl-interess tas-servizz abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2015 li permezz tagħha FV tqiegħdet fuq leave fl-interess tas-servizz hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn FV.

4)

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


Top