Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0580

    Kawża T-580/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Membri tal-persunal temporanju — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi — Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    ĠU C 195, 19.6.2017, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament

    (Kawża T-580/16) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))

    (2017/C 195/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Irit Azoulay (Brussell, il-Belġju), Andrew Boreham (Wansin Hannut, il-Belġju), Mirja Bouchard (Villers-la-Ville, il-Belġju) u Darren Neville (Ohain, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tal-24 ta’ April 2015 li jiċħdu l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015 u, jekk dan jitqies meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tas-17 u 19 ta’ Novembru 2015 li jiċħdu parzjalment l-ilmenti tar-rikorrenti tal-20 ta’ Lulju 2015.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-9/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top