EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0160

Kawża T-160/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)

ĠU C 249, 16.7.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806290771986732018/C 249/261602016TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180531212222

Kawża T-160/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)

Top

C2492018MT2120120180531MT0026212222

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Groningen Seaports et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-160/16) ( 1 )

“(“Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil sitt portijiet marittimi pubbliċi Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara s-sistema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”)”

2018/C 249/26Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Groningen Seaports NV (Delfzijl, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u I. Kieft, sussegwentement A. Kleinhout u C. Zois, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, B. Stromsky u J. -F. Brakeland, sussegwentement S. Noë u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer u M. Bulterman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/634 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-miżura ta’ għajnuna Nru SA.25338 (2014/C) (ex E 3/2008 u ex CP 115/2004) implimentata min-Netherlands – Eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-intrapriżi pubbliċi (ĠU 2016, L 113, p. 148).

Dispożittiv

1)

Havenbedrijf Moerdijk NV hija ammessa tieħu post Havenschap Moerdijk bħala rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Groningen Seaports NV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


( 1 ) ĠU C 200, 6.6.2016.

Top