EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0536
Case C-536/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (Italy) lodged on 24 October 2016 — DUEMMESGR SpA v Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)
Kawża C-536/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – DUEMMESGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)
Kawża C-536/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – DUEMMESGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)
ĠU C 22, 23.1.2017, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – DUEMMESGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)
(Kawża C-536/16)
(2017/C 022/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DUEMMESGR SpA
Konvenuta: Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)
Domandi preliminari
1) |
Jekk wieħed jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu n-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess (soccorso istruttorio) bil-għan li din tiġi rregolarizzata, l-Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni […] huwa kuntrarju jew le għad-dritt Komunitarju meta jipprevedi l-ħlas ta’ “sanzjoni pekunjarja” ta’ ammont li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kontraenti (“ammont li ma jistax ikun inqas minn wieħed f’elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, u fi kwalunkwe każ li ma jistax ikun ogħla minn EUR 50 000 u li l-ħlas tiegħu huwa ggarantit mill-kawzjoni provviżorja”) fid-dawl tal-ammont eċċessivament għoli u tan-natura tas-sanzjoni li hija ffissata bil-quddiem, peress li dan ma jistax jiġi adattatskont is-sitwazzjoni konkreta li għandha tiġi rregolata, jiġifieri tal-gravità tal-irregolarità li għaliha wieħed jixtieq jirrimedja? |
2) |
Għall-kuntrarju, dan l-istess Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 (dejjem fi-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data msemmija iktar ’il fuq) jikser id-dritt Komunitarju sa fejn in-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess jista’ fih innifsu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-prinċipji intiżi għall-ftuħ massimu tas-suq għall-kompetizzjoni li din is-sistema ta’ assistenza hija intiża li tikseb, billi l-liġi timponi lill-awtorità kontraenti li tipprovdi din l-assistenza fl-interess pubbliku li tilħaq dan l-għan ta’ kompetizzjoni? |