This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0220
Case C-220/16: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spain) lodged on 20 April 2016 — Iberenova Promociones S.A.U. v Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla de la Mancha
Kawża C-220/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Kawża C-220/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
ĠU C 243, 4.7.2016, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-20 ta’ April 2016 – Iberenova Promociones S.A.U. vs Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
(Kawża C-220/16)
(2016/C 243/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha, Sala Contencioso-Administrativo, Sección Segunda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iberenova Promociones S.A.U.
Konvenuta: Comisión Superior de Hacienda de la Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1) |
Peress li l-“iskemi ta’ sostenn” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28[/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE], u fosthom l-inċentivi fiskali bħalma huma t-tnaqqis tat-taxxa, l-eżenzjonijiet u r-rimborsi tat-taxxa, huma mfassla bħala strumenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli previsti f’din id-direttiva, għandu jitqies li l-inċentivi jew il-miżuri msemmija għandhom natura vinkolanti u jorbtu lill-Istati Membri, b’effett dirett sa fejn dawn jistgħu jiġu invokati mill-individwi affettwati quddiem kwalunkwe tip ta’ istanzi pubbliċi, ġudizzjarji u amministrattivi? |
2) |
Il-frażi “iżda mhuwiex limitat biss” li tinsab fl-elenku, fost l-“iskemi ta’ sostenn” imsemmija fid-domanda preċedenti, ta’ inċentivi fiskali li jikkonsistu fi tnaqqis tat-taxxa, f’eżenzjonijiet u f’rimborsi ta’ taxxa, tfisser li għandu jitqies li n-nuqqas ta’ tassazzjoni għandu jingħadd fost dawn l-inċentivi, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ impożizzjoni speċifika u partikolari, li tiżdied mat-taxxi ġenerali imposti fuq l-attività ekonomika u l-produzzjoni tal-elettriku, miżmuma fuq l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli? Bl-istess mod, għandu jitqies li l-projbizzjoni ġenerali ċċitata iktar 'il fuq tinkludi l-projbizzjoni ta’ taxxa doppja, ta’ kumulu jew ta’ sovrappożizzjoni ta’ diversi taxxi ġenerali jew speċifiċi imposti fuq fażijiet differenti tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għandhom impatt fuq l-istess fatt taxxabbli intaxxat bit-tariffa eolika inkwistjoni? |
3) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva u jekk it-tassazzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli hija aċċettata, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118[/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE], il-kunċett ta’ “finijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan imfittex għandu jkun esklużiv u li, barra minn hekk, it-taxxa imposta fuq l-enerġija rinnovabbli għandha jkollha, mill-perspettiva tal-istruttura tagħha, natura verament mhux fiskali u mhux sempliċiment baġitarja jew ta’ ġbir ta’ dħul? |
4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96[/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku], li, meta jsemmi l-livelli ta’ tassazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-prodotti tal-enerġija u għall-elettriku, jieħu bħala riferiment il-livelli minimi previsti mid-Direttiva, mifhuma bħala l-ammont totali tat-taxxi diretti u indiretti kollha imposti fuq dawn il-prodotti meta jitqiegħdu għall-konsum, għandu jitqies li dan l-ammont għandu jwassal għall-esklużjoni, mil-livell ta’ tassazzjoni rikjest mid-Direttiva, tat-taxxi nazzjonali li ma għandhomx natura verament mhux fiskali fid-dawl tal-istruttura u tal-iskop speċifiku tagħhom, kif interpretat mir-risposta mogħtija għad-domanda preċedenti? |
5) |
It-terminu “tariffi” użat fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 huwa kunċett awtonomu tad-dritt Ewropew li għandu jiġi interpretat f’sens usa’, bħala li jinkludi u huwa sinonimu tal-kunċett ta’ taxxa ġenerali? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun affermattiva, it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) tad-Direttiva 2009/28 jistgħu jinkludu biss it-taxxi jew impożizzjonijiet fiskali maħsuba sabiex jikkumpensaw, jekk ikun il-każ, id-danni kkawżati mill-effett [tal-installazzjonijiet eoliċi] fuq l-ambjent u li jippruvaw jagħmlu tajjeb, bl-ammont irċevut, għad-danni marbuta ma’ tali preġudizzju jew effett negattiv, bl-esklużjoni tat-taxxi jew tal-benefiċċji li, sa fejn ikunu imposti fuq enerġija li ma tniġġisx, għandhom skop essenzjalment baġitarju jew ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul? |