This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0025
Case C-25/16: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 18 January 2016 — Nintendo Co. Ltd v BigBen Interactive GmbH, BigBen Interactive S.A.
Kawża C-25/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Nintendo Co. Ltd vs BigBen Interactive GmbH u BigBen Interactive SA
Kawża C-25/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Nintendo Co. Ltd vs BigBen Interactive GmbH u BigBen Interactive SA
ĠU C 145, 25.4.2016, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Nintendo Co. Ltd vs BigBen Interactive GmbH u BigBen Interactive SA
(Kawża C-25/16)
(2016/C 145/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nintendo Co. Ltd
Konvenuti: BigBen Interactive GmbH, BigBen Interactive SA
Domandi preliminari
1. |
Fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex timplementa d-drittijiet li jirriżultaw minn disinn Komunitarju quddiem qorti ta’ Stat Membru, meta l-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar fir-rigward ta’ konvenut tirriżulta biss mill-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (1), moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2), minħabba li dan il-konvenut stabbilit fi Stat Membru ieħor jikkunsinna lil konvenut ieħor stabbilit fl-Istat Membru kkonċernat prodotti li possibbilment jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, tali qorti tista’ tadotta kontra l-ewwel wieħed mill-konvenuti msemmija digrieti li japplikaw fl-Unjoni kollha u li ma jkunux limitati għar-relazzjonijiet ta’ kunsinna li fuqhom tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni? |
2. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, partikolarment l-Artikolu 20(1)(ċ) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li terz jista’ jipproduċi mill-ġdid għal finijiet kummerċjali d-disinn Komunitarju, meta huwa jkollu l-intenzjoni li jikkumerċjalizza aċċessorji relatati ma’ prodotti – li jikkorrispondu għad-disinn – tal-proprjetarju? Jekk iva, liema huma l-kriterji applikabbli? |
3. |
Kif għandu jiġi ddeterminat il-pajjiż “fejn ikun seħħ il-ksur” għall-finijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (3) fil-każijiet fejn:
L-Artikolu 15(a) u (g) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli hekk iddeterminata għandha tapplika wkoll għall-atti ta’ kompliċità ta’ persuni oħra? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42