Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0107

    Kawża C-107/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Agrikoltura — Ikel u għalf modifikat ġenetikament — Miżuri ta’ urġenza — Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 — Adozzjoni u żamma tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)

    ĠU C 32, 29.1.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato

    (Kawża C-107/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Ikel u għalf modifikat ġenetikament - Miżuri ta’ urġenza - Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 - Adozzjoni u żamma tal-miżura - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni))

    (2018/C 032/05)

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Pordenone

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Giorgio Fidenato

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ urġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru b’mod uffiċjali jinformaha, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar in-neċessità li jittieħdu tali miżuri, sakemm ma huwiex evidenti li prodott awtorizzat permezz tar-Regolament Nru 1829/2003 jew b’konformità miegħu jista’ jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimal jew għall-ambjent.

    2)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa b’mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-neċessità li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun ħadet l-ebda miżura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali.

    3)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif indikat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw, skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju biss, mingħajr ma jkunu sodisfatti r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.


    (1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


    Top