This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0472
Case C-472/16: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 7 August 2018 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León — Spain) — Jorge Luis Colino Sigüenza v Ayuntamiento de Valladolid and Others (Reference for a preliminary ruling — Directive 2001/23/EC — Scope — Article 1(1) — Transfers of undertakings — Safeguarding of employees’ rights — Service contract for the management of a municipal Academy of Music — Cessation of the activity of the first contractor before the end of the current school year and designation of a new contractor at the beginning of the following school year — Article 4(1) — Prohibition of dismissal by reason of transfer — Exception — Dismissal for economic, technical or organisational reasons entailing changes in the workforce — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Article 47)
Kawża C-472/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Jorge Luis Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(1) — Trasferimenti ta’ impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kuntratt għal servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali — Waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti — Artikolu 4(1) — Projbizzjoni ta’ tkeċċijiet minħabba trasferiment — Eċċezzjoni — Tkeċċijiet li jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fil-persunal — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47)
Kawża C-472/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Jorge Luis Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(1) — Trasferimenti ta’ impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kuntratt għal servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali — Waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti — Artikolu 4(1) — Projbizzjoni ta’ tkeċċijiet minħabba trasferiment — Eċċezzjoni — Tkeċċijiet li jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fil-persunal — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47)
ĠU C 352, 1.10.2018, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Jorge Luis Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid et
(Kawża C-472/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1) - Trasferimenti ta’ impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kuntratt għal servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali - Waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti - Artikolu 4(1) - Projbizzjoni ta’ tkeċċijiet minħabba trasferiment - Eċċezzjoni - Tkeċċijiet li jseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fil-persunal - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47))
(2018/C 352/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jorge Luis Colino Sigüenza
Konvenuti: Ayuntamiento de Valladolid, In-Pulso Musical SC, Miguel del Real Llorente, Administrador Concursal de Músicos y Escuela SL, Músicos u Escuela SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-offerent rebbieħ ta’ kuntratt ta’ servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali, li għalih l-amministrazzjoni muniċipali kienet ipprovdiet ir-riżorsi materjali kollha neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, itemm tali attivitajiet xahrejn qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti, billi jkeċċi l-persunal u jagħti lura dawn ir-riżorsi materjali lill-amministrazzjoni komunali, li min-naħa tagħha twettaq proċedura ta’ aġġudikazzjoni ġdida biss għas-sena skolastika segwenti u tagħti lill-offerent rebbieħ il-ġdid l-istess riżorsi materjali. |
2) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-offerent rebbieħ ta’ kuntratt ta’ servizzi li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali jtemm tali attivitajiet xahrejn qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti, billi jkeċċi l-persunal, u fejn l-offerent rebbieħ il-ġdid jaqbad mill-ġdid l-attività fil-bidu tas-sena skolastika segwenti, it-tkeċċija tal-impjegati għandha titqies li seħħet għal “raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li ċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tkeċċija tal-ħaddiema kollha kif ukoll għall-għażla tardiva ta’ fornitur ġdid ta’ servizzi ma jikkostitwixxux miżura deliberata intiża li ċċaħħad lill-ħaddiema kkonċernati mid-drittijiet mogħtija lilhom mid-Direttiva 2001/23, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |